X’nifhmu meta nirreferu għal tfal neqsin li jkunu fil-periklu?
Tifel jew tifla neqsin jitqiesu bħala li jkunu fil-periklu meta jkun hemm indikazzjonijiet sostanzjali li jkun hemm riskju kbir li jiġrilhom xi ħaġa u/jew li jkunu f’periklu imminenti, u tkun meħtieġa azzjoni minnufih. Il-Pulizija mbagħad tista’ tiddeċiedi li tagħmel użu minn ċerti partijiet tas-sistema tal-AMBER Alert.
Jekk tixtieq tirċievi l-aġġornamenti u l-AMBER Alerts inkiteb magħna billi tniżżel l-indirizz tal-imejl tiegħek jew billi ssegwina fuq il-midja soċjali.
L-AMBER Alerts u t-tfal neqsin li jkunu fil-periklu
X’inhi d-differenza bejn l-AMBER Alerts u t-tfal neqsin li jkunu fil-periklu? Aqra hawn x’inhuma l-kriterji
It-tifel jew tifla tiegħi għebu
Ċempel minnufih fuq in-numru ta’ emerġenza tal-Pulizija, 112, u ara x’tista’ tagħmel biex tgħin.
AMBER Alert Malta
Ġiet stabbilita fl-2017 mill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali ta’ Malta u mill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.
AMBER Alert xi tkun?
Allert fuq bażi nazzjonali dwar tfal neqsin li ħajjithom tkun f’periklu imminenti.