TIPS regarding a missing child? Call 119

L-AMBER Alert Malta hija s-sistema nazzjonali ta’ allert dwar każijiet ta’ tfal neqsin li jkunu fil-periklu u ta’ ħtif ta’ tfal.

Inbdiet fl-2017

L-AMBER Alert Malta ġiet inawgurata uffiċjalment fl-10 ta’ Jannar tal-2017 mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, u mill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta. L-AMBER Alert Malta hija r-riżultat tal-koperazzjoni bejn il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali ta’ Malta, il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, kif ukoll l-AMBER Alert Europe, il-European Child Rescue Alert, u l-Police Network on Missing Children.

L-AMBER Alerts u t-tfal neqsin li jkunu fil-periklu

L-AMBER Alert Malta tippermetti lill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta jinforma lill-pubbliku malajr meta jkun hemm il-biża’ li l-ħajja ta’ tifel jew tifla li jkunu nħatfu jew ġew neqsin tkun f’periklu imminenti. Minbarra l-AMBER Alerts, partijiet mis-sistema jintużaw biex jinstabu t-tfal neqsin li jkunu fil-periklu. Tifel jew tifla neqsin jitqiesu bħala li jkunu fil-periklu meta jkun hemm riskju immedjat u sinifikanti li jiġrihom xi ħaġa iżda l-każ ma jkunx jissodisfa l-kriterji għal AMBER Alert.

AMBER Alert Europe

L-AMBER Alert Europe hija fondazzjoni Olandiża li nħolqot fl-2013 minn aġenziji pulizjeski u governattivi minn diversi Stati membri tal-UE.

Aktar ħarsien

It-tir tal-AMBER Alert Europe huwa li jikber il-ħarsien tat-tfal neqsin li jkunu fil-periklu fl-Ewropa. L-AMBER Alert Europe iqarreb lill-forzi tal-ordni u liċ-ċittadini fit-tfittxija għal tfal neqsin li jkunu fil-periklu. L-organizzazzjoni tipprovdi taħriġ lill-pulizija, tinkoraġġixxi l-koperazzjoni transkonfinali bejn il-pulizija, u tiffaċilta s-sistemi tal-AMBER Alert għall-Istati membri tal-UE.

Appoġġ qawwi

L-AMBER Alert Europe hija sostnuta minn speċjalisti fil-qasam tal-persuni neqsin, organizzazzjonijiet nongovernattivi, aġenziji pulizjeski u governattivi, u aktar minn 465 deputat tal-Parlament Ewropew. L-organizzazzjoni għandha 23 membru (ONG, ministeri u pulizija) f’16-il pajjiż.

Jekk għandek xi mistoqsijiet tekniċi dwar is-sistema tal-AMBER Alert, tista’ tibgħat imejl lil info@amberalert.com.mt

Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija

Community and Media Relations Unit
Il-Furjana, Malta
Tel. +356 2294 2667/8