TIPS regarding a missing child? Call 119

TV u radju

Hekk kif tinħareġ AMBER Alert, tixxandar (waqt il-programmi televiżivi, ngħidu aħna bħala messaġġ li jimxi minn naħa għall-oħra tal-qiegħ tal-iskrin jew bħala edizzjoni straordinarja tal-aħbarijiet). L-edizzjoni straordinarja tal-aħbarijiet tkun imħejjija awtomatikament u diġitalment.

Powster bil-posta elettronika

Meta tinħareġ AMBER Alert, min hu miktub fis-sistema jirċievi minnufih allert bl-imejl. Dan l-allert spiss ikun jinkludi ritratt tat-tifel jew tifla neqsin. L-imejl ikun fiha wkoll powster tal-AMBER Alert li wieħed ikun jista’ jipprintjah u jwaħħlu fil-ħwienet, fiċ-ċentri tal-komunità, u fl-iskejjel.

Skrins kbar tat-televixin

L-AMBER Alerts jidhru awtomatikament fuq skrins kbar tat-televixin fi spazji pubbliċi, bħas-supermarkits, iċ-ċinemas, il-postijiet fejn jilagħbu t-tfal, iċ-ċentri fejn jieħdu ħsieb it-tfal matul il-ġurnata, u ċ-ċentri sportivi.

Facebook

L-AMBER Alerts jixxandru fuq il-Facebook. Inkiteb hawn biex tirċievi l-AMBER Alerts fuq il-Facebook.

Twitter

L-AMBER Alert jiġu xxerjati fuq it-Twitter. Inkiteb hawn biex tirċievi l-AMBER Alerts fuq it-Twitter.

RSS newsfeed

Bl-RSS newsfeed tal-AMBER Alert l-organizzazzjonijiet jistgħu jiviluppaw l-applikazzjonijiet tagħhom stess biex juru l-AMBER Alerts.

Google’s Waze

Il-Google’s Waze, l-applikazzjoni komunitarja tat-traffiku u n-navigazzjoni li l-aktar li għandha segwitu fid-dinja, tibgħat lil dawk li jużawha l-AMBER Alerts u informazzjoni dwar każijiet ta’ tfal neqsin li jkunu fil-periklu. Dawn jirċievu messaġġ f’tieqa li tinfetaħ awtomatikament, b’ritratt u deskrizzjoni tat-tifel jew tifla.

Google map

Fis-sit elettroniku tal-AMBER Alert Malta, issib mappa tal-Google li tindika t-tfal neqsin kollha li jkunu fil-periklu u l-AMBER Alerts attivi kollha f’Malta

Is-sit elettroniku

F’bosta siti tal-aħbarijiet ewlenin u siti oħrajn, meta jkun hemm AMBER Alert attiva u xi ħadd iżur dak is-sit elettroniku jitilgħu awtomatikament skrin jew strixxun bir-ritratt tat-tifel jew tifla li jkunu naqsu jew inħatfu.

Powster tal-AMBER Alert

Meta l-Pulizija toħroġ AMBER Alert, il-pubbliku jista’ jiffowerdja, jesponi jew jipprintja powster li jiġi ġġenerat awtomatikament bir-ritratt tat-tifel jew tifla neqsin.